Karta tal-graph Graph paper
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal KARTA TAL-GRAPH għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KARTA biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ F bis-swaba’ mifrudin u bis-saba’ l-kbir u l-werrej jiffurmaw ċirku. L-idejn jitqiegħdu fil-ġnub bil-pala tħares ’l isfel u id waħda iktar għolja mill-oħra. L-idejn jitbandlu ’il barra u ’l ġewwa flimkien. (ii) Imbagħad id waħda tieħu l-forma ta’ B imma bis-swaba’ mifrudin. Din l-id tinżel minn quddiem il-wiċċ bil-pala tħares ’il barra imbagħad timxi minn ġenb għall-ieħor bil-pala tħares ’il ġewwa biex taqsam il-linja vertikali ta’ qabel f’salib.
The sign for GRAPH PAPER has two parts. (i) The first part is the sign for PAPER made with both hands that take the shape of F with the fingers apart and the thumb and index finger forming a circle. The hands are placed at the sides with palms facing downwards, one hand at a higher level than the other. The hands swing together outwards and inwards. (ii) The second part is made with one hand in the shape of B but with fingers apart. The hand moves down from in front of the face to chest level with palm facing outwards. Then it moves across from side to side with palm facing inwards to cross the previously made vertical line.